Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt wara ħabta f’Birżebbuġa

Sewwieq ta’ mutur qed jissielet għal ħajtu wara li kien involut f’inċident ma’ karozza f’Birżebbuġa.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ fis-2.30pm fi Triq Ħal Far. Is-Serb ta’ 45 sena residenti Wied il-Għajn kien qed isuq mutur meta kien hemm impatt ma’ karozza li kienet qed tinstaq minn Ingliż ta’ 71 sena residenti l-Marsa.

Il-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace kienet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.