Sewwieq ta’ mutur ferut gravi wara inċident Birkirkara

Żagħżugħ ta’ 29 sena li joqgħod Ħad-Dingli ddaħħal l-isptar bi ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku bil-mutur li kien qed isuq.
Il-Pulizija qalet li ssejħet għall-għajnuna lbieraħ għall-ħabta tal-11.30pm fi Triq Ganu f’Birkirkara.
Irriżulta li l-mutur li ż-żagħżugħ kien qed isuq ħabat ma’ karozza misjuqa minn żagħżugħ ieħor ta’ 19-il sena residenti n-Naxxar.
Is-sewwieq tal-karozza ma ġralu xejn.