Sewwieq ta’ mutur f’qagħda kritika wara inċident fix-Xewkija

Sewwieq ta’ mutur jinsab f'qagħda kritika wara li wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fix-Xewkija.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:00am fi Triq tal-Gruwa.
Mill-ewwel informazzjoni jidher li vettura, misjuqa minn żagħżugħ ta’ 20 sena li joqgħod ix-Xewkija, ħabtet mal-mutur misjuq mir-raġel li għandu 41 sena residenti Ta’ Sannat.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura u aktar tard ittieħed l-Isptar Mater
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.