Sewwieq ta’ mutur f’qagħda kritika wara ħabta f’Għawdex

Sewwieq ta’ mutur ta’ 52 sena minn Ta' Kerċem jinsab f’qagħda kritika wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Santa Katerina, ix-Xewkija.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:20pm.
Minn investigazzjonijiet li saru jirriżulta li kien hemm ħabta bejn mutur u karozza misjuqa minn raġel ta’ 61 sena residenti Ta' Kerċem.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Huwa ġie kkonfermat li jinsab f’qagħda kritika.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.