Aġġornata (2): Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara inċident f’tal-Pietà

Raġel ta' 43 sena mill-Furjana li kien qed isuq mutur ittieħed l-isptar wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f'Tal-Pietà.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7.45am, meta seħħet il-ħabta bejn mutur u vettura, qrib Sa Maison, ħdejn tal-boċċi.
Fil-ħin tal-inċident is-sewwieq tal-mutur
kien sejjer fid-direzzjoni tal-Belt Valletta.
Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei b'ambulanza, li skont persuni li kienu fuq il-post tal-inċident sabet diffikultà biex tasal ħdejn il-ferut minħabba l-ammont ta' traffiku.
Ir-raġel qed iġarrab xi ġrieħi iżda mhuwiex fil-periklu tal-mewt.