Sewwieq ta’ mutur bla ġrieħi wara ħabta

Sewwieq ta’ mutur ta’ 29 sena minn Birkirkara tħalla jitlaq mill-Isptar Mater Dei illum minkejja ħabta li ġrat ilbieraħ flagħxija bejn il-mutur u karozza oħra.

L-inċident seħħ ilbieraħ flagħxija, fi Vjal l-Indipendenza, il-Mosta. Il-karozza telqet minn fuq il-post wara l-ħabta, u s-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar minnufih. Dalgħodu ġie ċċertifikat li ma sofra l-ebda ġrieħi.