Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara ħabta fix-Xewkija

CMRU

Sewwieq ta’ mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’ħabta x-Xewkija.

L-inċident ġara lbieraħ fis-7.10pm fi Triq Jean De La Vallette, bejn karozza u mutur.

Il-karozza kienet misjuqa minn mara ta’ 45 sena residenti r-Rabat, Għawdex, u l-mutur kien misjuq minn raġel ta’ 33 sena residenti r-Rabat, Għawdex, ukoll.

Issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, fejn iżjed tard irriżulta li l-ġrieħi li għandu huma gravi.

CMRU