Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi f’Tas-Sliema

Franċiż ta' 49 sena qed isofri ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur fi Triq it-Torri Tas-Sliema.
Skont il-Pulizija, l-inċident seħħ għall-ħabta tat-8am.
Mill-ewwel informazzzjoni jidher li għal xi raġuni r-raġel, residenti San Pawl il-Baħar, tilef il-kontrol tal-mutur u waqa’ minn fuqu.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.