Ingliż bi ġrieħi gravi wara ħabta f’San Pawl il-Baħar

Raġel ta’ nazzjonalità Ingliża, ta' 42 sena sofra ġrieħi gravi wara ħabta f’San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 3:10pm fi Triq Telgħet ix-Xemxija, San Pawl il-Baħar bejn mutur u karozza.
Is-sewwieq tal-mutur huwa raġel Ingliż ta’ 42 sena li joqgħod Tas-Sliema, sofra ġrieħi gravi u ttieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei għall-kura filwaqt li s-sewwieq l-ieħor li għandu 50 sena residenti San Gwann ma sofra l-ebda ġrieħi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadhom għaddejjin.