Aġġornata: Identifikat ir-raġel li ħabat f’mutur u baqa’ sejjer

Arkivji

Wara li saru aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija mill-Għassa tal-Imsida ġiet identifikata l-karozza u s-sewwieq tagħha. Irriżulta li l-karożża kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 43 sena fil-ħin tal-inċident. Ir-raġel joqgħod l-Imsida.

Skont l-istqarrija, il-Pulizija qed tkellem lir-raġel biex jassisti fl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin.

Aktar kmieni dalgħodu l-Pulizija kienet qed tipprova tidentifika u ssib il-persuna li ħabat f’mutur u baqa’ sejjer minn fuq il-post.

Kelliem għall-pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt għall-ħabta tad-9.00pm, il-Pulizija kienet infurmat li seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Testaferrata, Ta’ Xbiex, kantuniera ma’ Triq Enrico Mizzi.

Fuq il-post marru l-Pulizija li sabu s-sewwieq tal-mutur maħbut iżda l-vann li ħabat miegħu, telaq minn fuq il-post.

Raġel ta’ 26 sena mill-Pietà ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn irriżulta li weġġa’ gravi.