Sewwieq Malti tad-Drifting jiddebutta fl-Iskozja

Is-sewwieq Malti tad-Drifting Kaysie Wood huwa impenjat fir-raba’ rawnd tal-kampjonat tad-Drifting fl-Ingilterra, proprju fi Driftland fl-Iskozja.
Driftland hija l-ewwel trakka li nbniet fl-Ingilterra għal dan l-isport tal-karozzi li aktar ma jgħaddi ż-żmien qiegħed isir aktar popolari.
Fil-kompetizzjoni se jkun hemm madwar 100 sewwieq li 60 minnhom se kunu fl-istess klassi ta Wood.
Għalkemm Wood beda il-karriera tiegħu f’Malta din mhix l-ewwel darba li qiegħed jikkompeti barra minn xtutna u bħalissa huwa qiegħed irrankjat fil-31 post mit-52 xufier.