Sewwieq l-isptar wara li tilef il-kontroll tal-mutur f’Birżebbuġa

Maltese Roads Traffic Updates

It-tielet sewwieq ta’ mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei illum wara li tilef il-kontroll tal-mutur hu u jsuq f’Birżebbuġa. Huwa ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ għall-ħabta tat-3.30pm meta għal xi raġuni s-sewwieq tilef il-kontroll tal-mutur u baqa’ dieħel f’vann tal-ġelat.

Intant dalgħodu, seħħew żewġ inċidenti oħrajn fejn sewwieqa ta’ muturi ttieħdu l-isptar wara li ħabtu ma karozza, wieħed f’Ħad-Dingli u ieħor f’San Ġwann.

Aqra: Aġġornata: Sewwieq ta’ mutur gravi wara ħabta f’Ħad-Dingli

Aqra: Ħabta oħra bejn mutur u karozza issa f’San Ġwann