Aġġornata (3): Imut ir-raġel ta’ 95 sena li kien fil-karozza li baqgħet dieħla f’siġra

Tilef ħajtu r-raġel ta' 95 sena mir-Rabat li kien passiġġier f'karozza li llum waranofsinhar daħlet siġra f'Ħ'Attard.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.15pm fi Triq Valletta, qrib id-dwal tat-traffiku. Il-karozza kienet qed tinstaq minn mara ta' 70 sena mir-Rabat ukoll. 
Iż-żewġ anzjani ttieħdu l-Isptar Mater Dei b'ambulanza.