2 irġiel u tarbija l-isptar wara inċident fil-Marsa

Żewġt irġiel u tarbija ddaħħlu għall-kura l-isptar wara inċident tat-traffiku li seħħ kmieni dalgħodu fi Triq Diċembru 13 fil-Marsa.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.15am. Raġel ta’ 31 sena minn San Ġwann weġġa’ gravi meta kien qed isuq karrozza u ħabat ma’ ċint fit-telgħa li minn Triq Diċembru 13 li  tieħu lejn il-bypass tal-Marsa, biswit is-sezzjoni tal-kavallerija tal-Pulizija. Bl-impatt, il-karozza spiċċat fin-nofs bil-konsegwenza li karozza misjuqa minn Olandiż ta’ 35 sena u li miegħu kellu tifel ta’ sentejn, baqgħet dieħla fil-karozza l-oħra. Huma weġġgħu ħafif.

Fuq il-post issejħu l-ambulanzi li ħadu lill-midruba l-isptar għal kura.