Sewwieq sospiż wara tilef il-kontroll ta’ karozza tal-linja fil-Furjana

Read in English.

Triq Sant Anna, fil-Furjana, għal xi ħin kienet imblukkata dalgħodu, wara li sewwieq ta’ karozza tal-linja li kien sejjer fid-direzzjoni tal-Belt tilef il-kontroll tal-vettura, rikeb fuq central strip u spiċċa daħal ġo sigar tal-palm.

Fi stqarrija maħruġa minn Malta Public Transport, il-kumpanija kkonfermat li ħadd ma ndarab għax fil-vettura ma kienx hemm passiġġieri.

Il-Malta Public Transport żiedet tgħid li x-xufier ġie sospiż wara r-riżultati tal-ewwel parti tal-investigazzjonijiet.

Il-Pulizija jaslu fuq il-post biex jikkontrollaw it-traffiku. L-inċident seħħ dalgħodu għal ħabta tas-6.

Il-Pulizija damu fuq il-post biex ineħħu d-debris fit-triq hekk kif tal-inqas ħames siġar tal-palm inqalgħu bl-impatt.