Sewwieq jipprova jsuq fuq suldati għassa ma’ Moskea fi Franza

Fi Franza s-suldati kellhom jiftħu n-nar fuq karozza wara li sewwieq ipprova jsuq għal fuqhom darbtejn waqt li kienu għassa ma’ Moskea fix-Xlokk tal-pajjiż.
Is-sewwieq tal-karozza li għandu 29 sena ma kienx mal-lista ta’ suspettati terroristi. Huwa rrappurtat li s-suldati fetħu n-nar mat-tieni attentat tas-sewwieq li jsuq għal fuqhom.
Wieħed mis-suldati indarab ħafif waqt li anzjan li nzerta kien dieħel fil-moskea ntlaqat f’saqajh minn wieħed mit-tiri sparati mis-suldati.
L-agressur ukoll kellu jittieħed l-isptar għall-kura. Il-mottiv wara l-attakk għadu mhux magħruf.