“Sew jagħmlu jtajru l-Pulizija”; Spettur iwieġeb

Xi nies kitbu kummenti li jiġġustifikaw il-vjolenza fuq il-Pulizija minħabba ċ-ċitazzjonijiet għoljin li joħorġu l-Pulizija bħala parti minn xogħolhom.

“Iktar hawn nies ma jaħmlukomx u aktar iġġegħluhom ma jaħmlukomx,” kiteb wieħed, u ieħor wieġbu, “Sew jagħmlu min itajjarhom u jibqgħu sejrin.”

Sandro Camilleri, il-President tal-Unjoni tal-Uffiċjali tal-Pulizija, wera d-dispjaċir tiegħu b’xi kummenti insulenti li xi nies kitbu fil-konfront tal-Pulizija.

Dawn il-kummenti kienu jgħidu li hu sew meta xi ħadd itajjar u jweġġa’ lill-uffiċjali tal-Pulizija. L-Ispettur Camilleri rabat dan il-kumment mal-inċident tal-Ispettur Simon Schembri, li kien il-vittma ta’ hit and run waqt li kien qed jaqdi dmiru.

L-Ispettur inkoraġixxa lill-Pulizija biex ikomplu jagħmlu xogħolhom u ma jħallux kummenti bħal dawn jiskoraġġuhom.

Il-kummenti dehru wara rapporti fuq il-ġurnali lokali li jgħidu li l-pulizija jwaqqfu medja ta’ 26 persuna fis-siegħa għax ikunu qed isuqu b’veloċità eċċessiva, aktar u aktar issa li qed jużaw makkinarju ġdid: il-mobile speed monitoring devices.

Araw xi kliem minn zewg persuni wara li hargu rappurtaggi li l-Pulizija qed inwaqqfu medja ta' 26 vettura fis-siegha fuq…

Posted by Sandro Camilleri on Monday, September 10, 2018