Filmat: Sew ħallejna l-immigranti jmutu?

Read in English.

Kien sew li l-Gvern iddeċieda li ma jsalvax lill-immigranti li kienu fiż-żona ta’ salvataġġ ta’ Malta b’riżultat li mietu tnax minnhom?

Kien sew li l-Gvern iddeċieda li ma jsalvax lill-immigranti li kienu fiż-żona ta’ salvataġġ ta’ Malta b’riżultat li mietu 12 minnhom?

Din hija waħda biss mill-mistoqsijiet li Newsbook.com.mt se jipprova jwieġeb is-Sibt bejn id-9am u l-10am waqt il-programm Newsbook Hour li se jixxandar kemm fuq 103 Malta’s Heart kif ukoll fuq Newsbook.com.mt.

Newsbook.com.mt jiddiskuti wkoll:

U Peppi Azzopardi x’fettillu jgħid li jrid iraqqad is-suwed f’daru? L-Isqfijiet Maltin mhux aħjar jieħdu ħsieb il-Knisja u lill-Maltin milli jaqbżu għall-immigranti? Tgħid iridu li jiġi żmien fejn il-Maltin ikollom jitilqu minn Malta? Veru li kieku daħħalniehom Malta kienu se jimlewna bil-coronavirus? Hekk sew biex il-ventilators jeħduhom huma u mhux uliedna!

Fr Joe Borg se jmexxi panel magħmul minn Peppi Azzopardi, Marica Mizzi u Brian Hansford.

Jekk tixtiequ tistgħu tibagħtu l-kummenti u l-mistoqsijiet tagħkom fuq ask@newsbook.com.mt