Sew għamel sejjaħ elezzjoni – Alfred Sant

L-MEP Alfred Sant qal li d-deċiżjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat li jsejjaħ elezzjoni sena qabel is-sena l-oħra, kienet deċiżjoni għaqlija, minkejja li ssagrifika sena mill-mandat tat-tmexxija tiegħu.

L-Ewroparlamentari qal li li kieku l-aħħar elezzjoni saret din is-sena, kif kellha ssir minflok, ir-rapport tal-Egrant kien ikun iżjed effettiv.

Dr Sant ikkummenta li r-rapport mexa ħafna wara li l-Partit Nazzjonalista tilef l-elezzjoni, “aħseb u ara kieku [il-magna ta’ propaganda] kienet għadha qed tistenna elezzjoni riesqa.”