Settembru b’żieda żgħira fit-turisti imma tnaqqis ta’ ljieli

Settembru kien l-ewwel xahar f’diversi li matulu t-turiżmu baqa’ pjuttost fl-istess ilma tas-sena l-oħra.
Skont l-NSO, Settembru ra żieda ta’ 0.2% fin-numru ta’ turisti li żaru l-pajjiż, imma l-iljieli li qattgħu naqsu b’1.2% fuq l-istess xahar is-sena ta’ qabel.
Iż-żieda fl-ammont ta’ turisti f’dan ix-xahar kienet kollha f’Għawdex, li kellu wkoll żieda żgħira fit-total ta’ ljieli li qattgħu t-turisti.
Madankollu, l-NSO ħareġ iċ-ċifri għall-ewwel disa’ xhur tas-sena li juru li t-turisti lejn Malta, bejn Jannar u Settembru, żdiedu b’1.7% u qabżu l-1,200,000 ruħ.
L-iljieli wkoll żdiedu, b’1.2%, u qabżu total ta’ 7 miljun lejl.