Sessjonijiet ta’ taħriġ minn sopran ta’ fama mondjali

Bħala parti mill-festival Gaulitana se jiġu organizzati numru ta’ masterclasses vokali mas-sopran Miriam Gauci bejn it-3 u s-6 ta’ April.
Bejn it-3 u l-4 ta’ April se jsiru sessjonijiet filgħodu u wara nofsinhar. Fil-5 ta’ April imbagħad tiġi organizzata sessjoni ta’ taħriġ filgħaxija. Fl-aħħar jum se jittella’ kunċert li jikkonkludi l-programm mużikali.
Il-programm jiswa €100.
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu flimkien ma’ CV u €5 li hija tariffa amministrattiva.  L-applikazzjonijiet jagħlqu fl-4 ta’ Frar.
Għal kopja tal-applikazzjoni u għal aktar informazzjoni tista’ tibgħat imejl lil gaulitanafestival@gmail.com.