​Servizz speċjali tat-trasport pubbliku għall-Karnival

Il-Malta Public Transport ħabbret li se topera servizz speċjali tat-trasport pubbliku għall-Karnival fil-Belt Valletta u fin-Nadur bejn id-9 u l-11 ta’ Frar.
Valletta, Malta:
Nhar is-Sibt 10 ta' Frar, ir-rotot lejn il-Belt se joperaw bi frekwenza akbar mit-15:00 ’l quddiem
filwaqt li nhar il-Ħadd 11 ta' Frar, ir-rotot lejn u mill-Belt se joperaw bi frekwenza akbar mill-10:00.
Imbagħad is-servizzi speċjali se joperaw kif ġej:
S10: Titlaq minn Valletta Bay A2 u tieqaf Floriana Triq Sant Anna – Bombi – Blata L-Bajda – Marsa
Triq Aldo Moro – Paola Square – Għan Dwieli – Isla Terminus – Bormla Pjazza Gavino Gulia –
Bormla Xatt – Birgu Café Riche – Kapuċċini – Xgħajra Church – Xgħajra Xatt – Kalkara Ta’ Bigħi –
Kalkara Xatt
S20: Titlaq minn Valletta Bay A3 u tieqaf il-Furjana Triq Sant Anna – Bombi – Pietà – Msida – Gżira
Rue D’Argens –Mrabat – San Ġwann Church – San Ġwann Ta’ Żwejt – Kappara – Kappara
roundabout (tal-gass) – Qroqq Skatepark – Msida
S30: Titlaq minn Valletta Bay A4 u tieqaf il-Furjana Triq Sant Anna – Bombi – Pietà – Msida – Qroqq
Skatepark – Birkirkara By-Pass – Lija Roundabaout – Iklin – Għargħur – Naxxar – Mosta Technopark
– Mosta Rotunda – Tarġa Gap – Burmarrad – Buġibba Triq tal-Pijunieri – Buġibba Terminus
S40: Titlaq minn Valletta Bay A6 u tieqaf il-Furjana Triq Sant Anna – Bombi – Pietà – Msida – Triq il-Wied B’Kara – Birkirkara Lija Roundabout – Mosta Technopark – Mosta Rotunda – Tarġa Gap –
Mġarr – Manikata – Għajn Tuffieħa
S41: Titlaq minn Valletta Bay A5 u tieqaf il-Furjana Triq Sant Anna – Bombi – Pietà – Msida – Qroqq
Skatepark – Birkirkara By-Pass – Lija Roundabaout – Mosta Technopark – Mosta Rotunda – Tarġa
Gap – Burmarrad – San Pawl il-Baħar – Xemxija – Mellieħa Village – L-Għadira – Ċirkewwa
S50: Titlaq minn Valletta Bay A7 Valletta u tieqaf il-Furjana Triq Sant Anna – Bombi – Ħamrun –
Santa Venera – Mrieħel – Attard Warda Interchange – Ta’ Qali Interchange – Saqqajja – Rabat
Interchange – Mtarfa – Rabat Vjal il-Ħaddiem – Dingli – Rabat Triq N. Saura
S60: Titlaq minn Valletta Bay A8 u tieqaf il-Furjana Triq Sant Anna – Bombi – Ħamrun – Marsa P&R –
Qormi San Sebastjan – Qormi Triq San Edwardu – Qormi Polyclinic – Triq l-Imdina Qormi – Żebbug
Terminus – Siġġiewi
S70: Titlaq minn Valletta Bay A9 u tieqaf il-Furjana Triq Sant Anna – Bombi – Blata I-Bajda – Marsa
Triq Aldo Moro – San Vinċens De Paul – Luqa – Kirkop – Safi – Vjal ix-Xarolla Żurrieq – Vjal il-Blue
Grotto – Żurrieq – Qrendi – Mqabba
S80: Titlaq minn Valletta Bay A10 u tieqaf il-Furjana Triq Sant Anna – Bombi – Blata L-Bajda – Marsa
P&R – Marsa Triq Aldo Moro – Raħal il-Ġdid – Tarxien – Santa Lucija – Bulebel – Żejtun Terminus –
Bir-id-Deheb – Birżebbuġia – Għaxaq – Gudja-M`Xlokk
S90: Titlaq minn Valletta Bay A11 u tieqaf il-Furjana Triq Sant Anna – Bombi – Blata L-Bajda – Marsa
Triq Aldo Moro – Paola Square Fgura – Hompesch Gate – Żabbar– Marsaskala Triq Il-Qaliet
– Marsaskala Terminus
N13: Titlaq minn Valletta Bays A12-13 u tieqaf il-Furjana Triq Sant Anna – Bombi – Pietà – Msida –
Gżira Rue D’Argens – Gżira Triq Testaferrata – Sliema Ferries – Sliema Triq it-Torri – Spinola – San Ġiljan – Paċeville – Pembroke P&R
 
Nadur, Għawdex:
Il-Ġimgħa u s-Sibt se jkun operat shuttle service, bejn l-Imġarr u n-Nadur fil-ħin mas-servizz tal-vapur,
bejn is-19:00 u 00:00. Il-Ġimgħa, servizzi diretti se joperaw mir-Rabat u n-Nadur bejn it-20:00 u
00:00, kull 30 minuta u s-Sibt kull kwarta. Il-Ħadd se jkun hemm servizzi oħra bejn it-20:00 u l-23:00,
kull 30 minuta.
Is-servizz speċjali se jopera min-Nadur għal diversi lokalitajiet f’Għawdex, il-Ġimgħa fis-01:00, is-Sibt
bejn is-01:00 u s-02:30 u l-Ħadd fil-23:00. Dawn se jmorru f’dawn il-lokalitajiet li ġejjin:
In-Nadur – Ix-Xagħra – Marsalforn
In-Nadur – Ix-Xewkija – Ta’Sannat (Ta’Ċenċ) – Il-Munxar – Ix-Xlendi
In-Nadur – Ir-Rabat (Victoria) – Kerċem – Santa Luċija
In-Nadur – Ir-Rabat (Victoria) – San Lawrenz – L-Għarb – L-Għasri – Iż-Żebbuġ
In-Nadur – Għajnsielem – L-Imġarr (Vapur)
In-Nadur – Il-Qala
Is-servizz ta’ matul il-lejl, rotta N11 se topera bħas-soltu bejn il-Ġimgħa u s-Sibt bi tluq miċ-Ċirkewwa bejn il-23:05 u s-02:05; filwaqt li s-servizzi speċjali miċ-Ċirkewwa għal Belt Valletta u Tas-Sliema se joperaw skont id-domanda.
Nhar is-Sibt 10 ta' Frar, iċ-ċentru tat-telefonati tal-Malta Public Transport se jilqa’ t-telefonati mis-07.00am sas-01:00 am (tal-Ħadd) filwaqt li l-uffiċju fil-venda tal-Belt Valletta se jkun miftuħ mis-6.00am sal-10.00pm sabiex jitwieġbu mistoqsijiet li jista’ jkollhom il-klijenti.
Għall-aktar informazzjoni dwar dawn is-servizzi speċjali tista’ tagħfas hawn.