Servizz speċjali tat-trasport pubbliku għall-Birgu Fest

Għall-edizzjoni tal-Birgu Fest ta’ din is-sena, li se jittella’ nhar is-Sibt li ġej, se jkun organizzat servizz speċjali tat-trasport pubbliku.
Is-servizz speċjali se jaħdem bejn il-11.00 ta’ flgħaxija u s-1.00 ta’ filgħodu għall-prezz ta’ €3.00.
Fi stqarrija, il-Malta Public Transport qalet li l-biljetti għas-servizz speċjali se jkunu jistgħu jixtraw minn fuq tal-linja dakinhar stess. Il-biljetti jistgħu jintużaw mill-Birgu u f’Night Service Buses (N), li permezz tagħhom passiġġieri jistgħu jmorru Raħal Ġdid jew San Ġiljan.
Sal-11.00 ta’ flgħaxija, is-servizz se jkun offrut bħall-bqija tal-ġranet.
Il-Malta Public Transport se tkompli topera s-servizz ta’ Rotta 2 f’waqtiet ta’ ħafna xogħol, anke wara s-7.00 ta’ flgħaxija, b’servizz għaddej kull 30 minuta.