Servizz speċjali mill-Arriva għall-kunċert ta’ Joseph Calleja

Illum il-kumpanija Arriva se tkun qed toffri servizzi diretti lejn u mill-kunċert ta’ Joseph Calleja li se jsir fuq il-Fosos tal-Furjana.

Dan is-servizz tal-linja se jkun provdut għall-prezz ta’ €3 għal biljett speċjali li bih il-klijenti jistgħu jivvjaġġaw fuq is-servizzi kollha tal-Arriva matul il-ġurnata u wkoll fuq is-servizzi diretti mill-belt wara l-kunċert.

Il-biljetti speċjali tal-Arriva għas-servizz tal-kunċert jistgħu jinxtraw mill-gabbani tal-biljetti tal-Arriva (il-Belt Valletta, Tas-Sliema, Buġibba u l-Ajruport).

Wara l-kunċert is-servizzi diretti tal-Arriva joperaw bejn nofsillejl u s-1.00 a.m.

Aktar informazzjoni dwar dan is-servizz speċjali tista’ tinkiseb mis-sit tal-Arriva fuq www.arriva.com.mt/josephcalleja jew inkella billi tikkuntattja lis-Servizz tal-Konsumatur fuq 2122 2000.