Servizz speċjali għall-Imnarja mill-Malta Public Transport

Fit-28 u fid-29 ta’ Ġunju 2018, il-Malta Public Transport ser tkun qed topera Servizz Speċjali biex tiffaċilita l-ivvjaġġar bejn ir-Rabat u l-Buskett għal dawk li ser jattendu l-attivitajiet tal-Imnarja.

Is-servizz se jaħdem skond it-talba kull nofs siegħa. L-ewwel vjaġġ jitlaq mill-waqfa ‘Infetti’ fir-Rabat u jieqaf il-Buskett. Fit-28 ta’ Ġunju, l-ewwel vjaġġ se jitlaq minn Infetti fil-5:00pm u l-aħħar vjaġġ se jitlaq mill-Buskett fin-12:30am (30 minuta wara nofs il-lejl). Fid-29 ta’ Ġunju l-ewwel vjaġġ se jitlaq minn Infetti fis-7am u l-aħħar vjaġġ se jitlaq mill-Buskett fis-2:30pm.

In-noll se jkun kif ġej: €3.00 fi flus kontanti fuq tal-linja; €2.50 meta wieħed iħallas bit-Tallinja card; żewġ vjaġġi bi ħlas bit-12 Single Day Journeys card; filwaqt li mhux se jkun hemm ħlas żejjed meta wieħed iħallas b’waħda mill-Explore Cards.