Iċċempilx imma uża mezzi oħra għas-servizzi tal-Gvern

F’avviż lill-pubbliku, Servizz.gov qal li bħalissa għandu problemi tekniċi fis-sistema tat-telefonija.
Il-Gvern qal ukoll li qed isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa biex il-problema tissolva mill-aktar fis possibbli u bl-inqas impatt fuq il-klijenti.
Sadanittant is-servizzi governattivi qed ikomplu jingħataw lill-pubbliku permezz taċ-ċentri f’Birkirkara, il-Birgu, il-Qawra, Raħal Ġdid u Ħal Qormi jew permezz tas-sit elettroniku www.servizz.gov.mt.