​Servizz għal pazjenti tal-kanċer miċ-ċentri tas-saħħa

Pazjenti għaddejjin mill-marda tal-kanċer issa se jibdew jinqdew miċ-ċentri tas-saħħa biex jiġi mantnut apparat li jkun impjantat taħt il-ġilda, sabiex jaċċessa d-demm mill-vini.
Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li pazjenti li ma jkunux għadhom qed jirċievu t-trattament għall-kanċer, jistgħu jieħdu dan it-trattament miċ-ċentri tas-saħħa, minflok ma jmorru kull ġimagħtejn fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija.
Dan is-servizz qed jingħata bħalissa miċ-ċentri tas-saħħa ta’ Birkirkara u Bormla, u daqt se jibda jingħata wkoll mir-Rabat.