Servizz ġdid ta’ respite għall-anzjani Għawdxin

F’Għawdex se jiġi offrut servizz ġdid ta’ respite għall-anzjani, li se jkun qed jingħata f’Dar San Lawrenz.
Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Justyne Caruana waqt li żaret din id-dar tal-anzjani.
Is-servizz ta’ respite se jibda b’żewġ sodod f’Dar San Lawrenz li nxtraw permezz ta’ Public-Private Partnership. Is-servizz jista’ jibda jintuża immedjatament u wieħed jista’ japplika minn fuq is-sit activeageing.gov.mt jew mid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità.
Justyne Caruana semmiet li fiż-żmien li ġej se jitħabbru wkoll sensiela ta’ servizzi ġodda f’Għawdex. 
Ritratt: MGOZ – George Scerri