Servizz ġdid ta’ eHealth bejn Malta u pajjiżi oħra

Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Maltin għandhom servizz ġdid ta’ eHealth fejn informazzjoni dwar saħħithom tista’ tiġi trasferita elettronikament lejn il-pajjiż li fih ikollhom bżonn trattament mediku ta’ emerġenza waqt is-safar.

Dan jgħodd għall-pajjżi li jiffurmaw parti mill-Unjoni Ewropea (UE).

Iċ-ċittadin jista’ jagħti kunsens biex tobba awtorizzati f’pajjiżi li joffru dan is-servizz ikunu jistgħu jaċċessaw dettalji importanti. Dan id-dettalji jinkludu allerġiji, dijanjosi, proċeduri, u mediċini. B’hekk, tkun qed tgħin lit-tabib jagħti trattament aħjar, jevita ċerti riskji, u jegħleb ostakli ta’ lingwa.

Dan is-servizz bħalissa huwa disponibbli biss bejn Malta u l-Lussemburgu. Pajjiżi oħra tal-UE daqt joffru dan il-benefiċċju, bħall-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka u l-Portugall. It-tobba Maltin ukoll se jkunu jistgħu jaċċessaw informazzjoni dwar pazjenti barranin bl-istess metodu.

Informazzjoni dwar dan is-servizz hija disponibbli online fuq, u tista’ wkoll tintalab minn crossborder.ehealth@gov.mt.