Servizz ġdid għall-anzjani f’Għawdex

Tnieda servizz ġdid għall-anzjani Għawdxin li jgħixu fil-komunità.
Is-servizz ta’ Home Assist għandu l-għan li l-anzjani jiġu assistiti minn persuni mħarrġa apposta fil-customer care u fil-qasam tal-ġerjatrija.
Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana spjegat li l-Home Assistants se jżommu kuntatt u jassistu lill-anzjani li jgħixu fi djarhom, fil-qadi ta’ kuljum.
Ritratt: DOI – Terry Camilleri