“Serraħna moħħ in-nies b’riforma trasparenti” – Ian Borg

Read in English.

Il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg qal li r-riforma fis-settur tal-bini u l-kostruzzjoni saħħet is-sigurtá, ir-responsabilitá u t-trasparenza billi tat serħan tal-moħħ lir-residenti ta’ proprjetajiet terzi li jmissu ma’ siti tal-kostruzjoni.

Meta kien qed jindirizza l-konferenza Engineerning: the route to safety and security conference organizzata mill-Kamra tal-Inġiniera, Borg qal li l-Gvern jemmen li l-inġiniera għandhom ikunu parteċipanti integrali f’dawn il-proġetti u li dan mhuwiex biss limitat għall-industrija tal-bini iżda għal varjetà usa’ ta’ industriji.

 “Issa tejjibna l-leġiżlazzjoni biex tirrifletti r-realtajiet tal-lum. Nemmnu bis-sħiħ li l-professjoni tal-inġinerija tista’ tkompli tkun ukoll il-katalist għall-bidliet li nixtiequ nwasslu f’dan is-settur, kif kienet fl-aħħar snin,” qal il-ministru, filwaqt li fakkar li l-periti, l-inġiniera u l-gradwati tal-B.Sc in Construction Engineering mill MCAST issa jistgħu jieħdu r-rwol ta’ Site Technical Officers fuq proġetti ta’ kostruzzjoni. Irrefera wkoll għall-proċess li għaddej bħalissa biex titwaqqaf il-Malta Construction and Building Authority, b’Aġenzija tal-Kostruzzjoni u l-Bini temporanja li bdiet topera sakemm il-proċess għat-twaqqif tal-awtorità jitlesta.