Heddewhom b’pistola, serquhom u ħarbu mill-White Rocks

Aġġornat 08:45 PM
Facebook

Read in English.

Żewġ persuni wettqu serqa fuq persuni oħra li kienu viċin il-baħar fil-White Rocks limiti ta’ Pembroke. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5pm u l-Pulizija mal-ewwel marru fuq il-post. Jidher li wara xi ħin jippruvaw isibu lill-aggressuri, żewġ żagħażagħ ġew arrestati. Il-Pulizija għadha ma kkonfermatx dan l-arrest.

Għalkemm sorsi fuq il-post qalu li nstemgħu xi tiri fl-akwati ta’ Pembroke, ir-raġel li kien fost il-vittmi qal li huma ġew mhedda b’pistola.

Il-vittma fuq Facebook żvela l-esperjenza kerha li kellu fil-White Rocks. Qal li kif kien tiela mill-baħar jara żewġ żgħażagħ b’wiċċhom mgħotti u bdew jintimidawhom sakemm wieħed minnhom ħareġ pistola u żammha ma’ ras il-vittma. Jidher li sieħeb il-vittma mar jiddefendih u ż-żewġ żgħażagħ ħarbu bil-basket tar-raġel.

Huwa qal ukoll li l-Pulizija waslu biex arrestaw żewġ żgħażagħ Maltin, wieħed ta’ 18 u ieħor ta’ 22 sena. Il-Pulizija qed tqis dan il-każ bħala hold-up iżda kellioem għall-Pulizija ma setgħax jikkonferma min huma l-persuni miżmuma. Huwa kkonferma li qed jinżammu xi suspettati b’rabta mal-każ bl-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat dan l-inċident u qalet li l-persuni li allegatament serqu, ħarbu minn fuq il-post.