Serqu siġra mis-Saqqajja – Borg

Infrastructure Malta

Read in English.

Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li nsterqet waħda mill-100 siġar li tħawwlu mill-Gvern fit-Telgħa tas-Saqqajja.

Fuq Facebook Borg qal li f’inqas minn 24 siegħa, waħda mis-siġar taż-Żnuber insterqet minn “xi persuni”.

Borg qal li atti bħal dawn mhux se jaqtgħulu qalbu u li se titħawwel siġra oħra minflok dik misruqa. Qal ukoll li se jitħawwlu “mijiet oħra” madwar Malta.

F’inqas minn 24 siegħa wara li ħawwilna mal-100 siġra taż-Żnuber ġdida fit-Telgħa tas-Saqqajja, xi persuni għoġobhom…

Posted by Ian Borg on Friday, August 23, 2019

F’Lulju it-Times of Malta ppubblikat artiklu dwar il-proġett tas-Central Link. Qalet li Infrastructure Malta qalet li s-siġar taż-Żnuber bejn it-Telgħa tas-Saqqaja u l-Kappella tal-Madonna tal-Vitorja mhux se jitneħħew.

It-Times qalet li filwaqt li dan huwa minnu, 110 siġra taż-Żnuber oħra kienu se jitneħħew minn bnadi oħra. Dan in-numru mbagħad naqas u attivisti jaħsbu li se jitneħħew madwar 44.

Skont il-permess tas-Central Link, se jitneħħew 549 siġar filwat li 237 għandhom jiġu trasportati lejn post ieħor. Bħala kumpens, il-Gvern se jkun qed iħawwel 766 siġar inkluż 130 taż-Żnuber u 84 siġar taż-żebbuġ.