Serqu cheque books biex xtraw għodda u makkinarju

Żewġ irġiel, wieħed ta’ 44 sena u ieħor ta’ 41 sena ma ngħatawx il-libertà proviżorja minħabba akkużi ta’ frodi. L-akkużati li dehru quddiem il-qorti wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom. Huma ġew akkużati li serqu kotba taċ-ċekkijiet u għamlu użu minnhom biex ingannaw terzi persuni.

Skont il-prosekuzzjoni, huma użaw iċ-ċekkijiet biex xtraw għodda u makkinarju li mbagħad biegħu lil xi persuni. L-ammont totali li serqu kien ta’ madwar €25, 000.

L-akkużati talbu li jsir divjett fuq isimhom minħabba li wieħed mill-akużati għandu tifel u l-ieħor kien se jibda’ xogħol ġdid fil-jiem li ġejjin. Iżda min-naħa tagħha, il-Maġistrat ma ħassitx li dawn kienu raġunijiet validi biex ikun ordnat divjett. L-akkużat ta’ 41 sena kien diġà taħt arrest preventiv minħabba każijiet oħra ta’ serq.