Il-mara ta’ 31 sena li ġiet arrestata fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wara li serqet u ppruvat titlaq mill-pajjiż, għadha qed tinżamm taħt arrest minkejja li m'ammettietx l-akkużi miġjuba kontriha.
Il-mara, li hija Bulgara, kienet involuta f’diversi reati ta’ pickpocketing u oħrajn fil-Belt Valletta u l-Mosta.
Fil-Qorti nstema' kif il-Pulizija identifikaw lill-mara minn numru ta' filmati mill-kameras tas-sigurtà, bħala s-suspettata ewlenija ta' serqiet li saru bejn Marzu u Mejju f'diversi lokalitajiet f'Malta.