Serqa Tignè: Jinżamm arrestat iż-żagħżugħ li pprova joqtol Pulizija

Żagħżugħ ta’ 22 sena ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat li pprova joqtol kuntistabbli tal-Pulizija.
Il-każ seħħ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa meta hu flimkien ma sieħbu twaqqfu mill-Pulizija wara suspett li dawn setgħu kienu nvoluti fis-serqa ta’ ġojjellerija f’Tignè.
Jidher li l-akkużat ħareġ pistola u ppuntaha lejn Pulizija tar-Rapid Intervention Unit imma għal xi raġuni l-pistola ma ħaditx.
Huwa wieġeb mhux ħati iżda se jinżamm taħt arrest preventiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.