Serqa ta’ somma flus minn ħanut fin-Naxxar

Ammont sostanzjali ta’ flus kontanti nsterqu minn ħanut tal-logħob fin-Naxxar.
Il-każ seħħ ftit qabel l-10pm fi Triq Ħal Dgħejf.
Mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija rriżulta li raġel mgħammad u armat, daħal fil-ħanut waqt li kien hemm ħaddiem ta’ 19-il sena mill-Marsa.
Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali, filwaqt li l-Pulizija għadha qed tinvestiga.