Serqa ta’ flus minn karozza fil-Fgura

info@newsbook.com.mt

Ammont ta’ flus insterqu minn karozza li kienet ipparkjata fil-Fgura lbieraħ, skont il-Pulizija.

Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li s-serqa ġiet irrappurtata lbieraħ għas-7.30pm. Il-karozza, Honda Civic, kienet ipparkjata fi Triq Dun Karm Sant. Skont il-Pulizija qed issir tfittxija għall-allegati ħallelin.

Persuna familjari mal-każ qalet lil Newsbook.com.mt li ż-żewġ suspettati jidhru f’ritratt li ttieħed b’kamera tas-CCTV. Il-vettura li tidher fir-ritratt mhix l-istess waħda li minnha nsterqu l-flus.

Kull min jagħraf il-persuni li jidhru fir-ritratt jew li għandu informazzjoni oħra relatata mal-każ jista’ jċempel lill-Pulizija fuq in-numru 119.