Serqa ta’ €100,000 minn appartament fil-Mellieħa

Madwar €100,000 allegatament insterqu minn appartament fil-Mellieħa.

Is-serqa saret ilbieraħ matul il-ġurnata fi Triq Dawret it-Tunnara.

Meta seħħ il-każ, ma kien hemm ħadd fl-appartament.

Hekk kif ir-residenti, raġel ta’ 49 sena u martu ta’ 27 sena rritornaw id-dar, sabu l-bieb imbexxaq u l-post imqalleb.