Serqet kemm-il darba minn ħwienet f’Tas-Sliema

Il-mara li lbieraħ waranofsinhar inqabdet tisraq minn ħanut tal-ħwejjeġ f’Tas-Sliema, fil-jiem ta' qabel serqet minn ħwienet fil-viċinanzi.
Sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija qalu ma’ Newsbook.com.mt li l-mara kienet identifikata bħala l-istess waħda li riċentament kienet qed tisraq u tagħmel xi ħsara fi ħwienet fl-akkwati ta’ Triq it-Torri.
Ilbieraħ ħaddiema u nies li kienu fil-ħanut, dak il-ħin żammew lil mara u ma ħallewhiex titlaq sakemm waslu l-Pulizija fuq il-post.
Skont Mistoqsija Parlamentari, fl-2016 kienu rrappurtati aktar minn 2,400 każ ta’ serq mill-bwiet tan-nies, fosthom kartieri u mowbajls. L-aktar rapporti saru f’Paceville, tas-Sliema, il-Belt u San Pawl il-Baħar.
Ritratt: Arkivji