Serqa minn spiżerija fil-Furjana

Puliziija
Miguela Xuereb

Matul il-lejl li għadda seħħet serqa minn spiżerija fil-Furjana.

Dan kien ikkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliema għall-Pulizija li spjegat li l-każ seħħ fi Triq il-Miratur. Jidher li nsteraq ammont ta’ flus.

Il-Pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.