Serqa minn residenza privata fil-Ħamrun

Aktar kmieni l-pulizija ġiet imsejħa fi triq it-Tramm fil-Ħamrun wara li ġiet irrappurtata li saret serqa. Skont kelliema għall-pulizija dan seħħ għall-ħabta tal-11:15am.

Ir-residenza fejn saret is-serqa hija privata.

Skont il-kelliem għall-pulizija, fir-residenza sabu xi taqlib. Skont sid il-post, insterqulu xi oġġetti u flus, iżda mhux magħruf l-ammont li nsteraq.

Fil-ħin li saret is-serqa ma kien hemm ħadd fil-propjetà. Ħadd ma weġġa’ waqt dan il-każ.