Serqa minn raġel armat u b’wiċċu mgħotti f’Birkirkara

Raġel qed jinżamm arrestat mill-Pulizija f’konnessjoni ma’ serqa li kien hemm ilbieraħ flgħaxija f’Valley Road, Birkirkara.
Għall-ħabta tal-10.00 ta’ flgħaxija raġel armat u b’wiċċu mgħotti daħal f’ħanut u talab il-flus.
Hu ħarab minn fuq il-post b’ammont ta’ flus.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.

Ritratt: CMRU