Serqa minn ħanut tal-ħwejjeġ

Matul il-lejl li għadda nsteraq kexxun mill-cash register ta’ ħanut tal-ħwejjeġ fil-Ħamrun.
Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-Pulizija ġiet infurmata bil-każ għall-ħabta tas-7:30am. Qalet li l-entratura tal-ħanut li jinsab fi Triq il-Kbira San Ġużepp ġiet sgassata. Qalet li nsterqu ftit aktar minn €100.
Il-kelliema qalet li fil-11 ta’ April seħħet serqa oħra fl-istess triq imma f’ħanut differenti. F’din is-serqa nsterqu wkoll xi flus kontanti.