Serqa minn ħanut tal-ħwejjeġ fil-Ħamrun

Pixaby

Ammont ta’ flus u ħwejjeġ tad-ditta nsterqu minn ħanut tal-ħwejjeġ fil-Ħamrun.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2.15am matul il-lejl tal-Ħamis bil-Pulizija tkun infurmata għall-ħabta tat-3.15am.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat il-każ ma’ Newsbook.com.mt u qalet li dan seħħ fi Triq Ħal Qormi, il-Ħamrun.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.