Serqa minn ħanut f’San Pawl il-Baħar

CMRU

Saret serqa minn ħanut f’San Pawl il-Baħar ilbieraħ filgħaxija.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li ġiet infurmata bis-serqa mill-ħanut fi Triq il-Mosta fid-9.30pm. Il-Pulizija marru fuq il-post fejn saru jafu li raġel liebes kollox iswed u allegatament armat b’arma tan-nar, kien daħal ġewwa l-ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera, mara ta’ 62 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Ir-raġel ħarab minn fuq il-post b’ammont ta’ flus kontanti. Ħadd ma weġġa’ kawża ta’ dan l-inċident. Fuq il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.