Aġġornata: Attentat serqa fl-Imsida; 2 arrestati

serqa Msida arrestati

Aġġornata 05 ta’ Settembru 8.14am

Żewġ irġiel ġew arrestati wara li ppruvaw jisirqu minn ħanut fi Triq Rejden fl-Imsida.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li dan ġara għall-ħabta tat-8.20pm. L-irġiel li joqgħodu ż-Żurrieq u r-Rabat inżammu fil-ħanut wara li s-serqa falliet sakemm ġew il-Pulizija jarrestawhom.

Għadu mhux magħruf jekk humiex se jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.