Serqa minn ħanut fl-Imsida

Pexels.com/Kaique Rocha

Raġel ħarab minn fuq il-post wara li daħal mgħammad u armat b’arma li taqta’ u bil-ponta f’ħanut fl-Imsida fejn seraq ammont ta’ flus kontanti u xi affarijiet oħra.

Fi stqarrija l-Pulizija qalu li huma kienu nfurmati għall-ħabta tal-9.40 il-Ħamis filgħaxija li seħħet serqa minn ħanut fi Triq il-Baċir.

Il-Pulizija marru fuq il-post fejn minn stħarriġ li għamlu jidher li r-raġel armat daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera, mara ta’ 33 sena mill-Bożnija-Ħerzegovina.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.