Hold-up fil-Gżira: Arrestat ir-raġel armat b’sikkina

Ryan Sammut

Kien hemm serqa minn ħanut fil-Gżira meta raġel daħal armat. Huwa nqabad fil-fatt mill-pulizija.

Kelliema għall-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li din ġrat fil-5.30pm f’Rue d’Argens.

Skont ir-rapport, persuna waħda kienet involuta. Huwa beda jhedded b’sikkina li kellu fuqu u talab għall-flus. Il-pulizija laħqu waslu u qabduh fil-fatt.

Parti mit-triq ingħalqet għat-traffiku.