Serqa minn ħanut fi Gwardamanġa; Il-Pulizija qed tfittex lill-ħalliel

CMRU

Waranofsinhar saret serqa ta’ ftit flus minn ħanut fi Gwardamanġa, u l-ħalliel għadu ma nqabadx.

Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li dan ġara għall-ħabta tal-5.30pm minn ħanut tal-merċa fi Triq Ħal Luqa.

Jidher li l-ħalliel irnexxielu jisraq ftit flus minkejja li ma kienx armat, iżda ħarab minn fuq il-post. Ħadd ma weġġa’ fis-serqa.

Il-persuna qed tiġi mfittxija mill-Pulizija.